Flett tal-Majjal Mimli
Ingredjenti :
- 1 flett tal-majjal ta’ Malta
- 2 sinniet tewm imqatta’ rqiq
- 1 zalzett tal-Malti
- 100g ġobon
- 4 biċċiet perżut tal-koxxa
- żejt taż-żebbuġa
- worchestershire sauce
- soy sauce
- tursin
- melħ u bżar

Isservi 2
Kif issajjar :
Neħħi l-ftit xaħam li jkun hemm mal-flett tal-majjal u wara iftħu biex iġġibbu ċatt. Itfa’ ftit melħ u bżar u wara poġġi l-erba’ biċċiet perżut tal-koxxa fuq il-flett. Wara aqsam iz-zalzett tal-malti, neħħilu l-qoxra u ifrex il-mili tiegħu fuq l-perżut. Itfa’ wkoll it-tewm imqatta’ rqiq u ftit tursin. Wara ifrex 100gramma ġobon skond il-gosti tiegħek.
Issa li l-mili tal-flett jinsab mifrux u lest, aqbad it-tarf tal-flett u remblu issikkat biex meta jkun qed isir ma joħroġx affarijiet minn ġo fih. Poġġieh fuq biċċa foil kwadra u itfa’ fuq il-flett mimli ftit melħ u bżar, żejt taż-żebbuġa, ftit soy sauce, ftit worchestershire sauce u tursin. Issa dawwar il-fillet biex kullimkien jieħu l-istess togħma u dawru ssikkat fil-foil.
Wara itfa’ fil-forn imsaħħan għal 190ºC (375ºF) u ħallieh isir għal madwar 25 minuta jew sakemm tal-flett tal-majjal mimli jilħaq temperatura interna ta’ 76ºC (169ºF).
Mal-flett tista’ sservi ftit patata l-forn jew ċips.