Insalata bil-Majjal u bl-ispinaċi

Ingredjenti :

  • 500g Majjal ta’ Malta dgħejf
  • 125ml Italian dressing, bla xaħam
  • Kuċċarina ħall abjad
  • Kuċċarina dijon mustard
  • Kuċċarina zokkor ismar
  • Ftit żejt taż-żebbuġa
  • 250g spinaċi frisk imqatta’
  • zokk ta’ tliet karfusiet 
  • Kikkra għeneb aħdar mingħajr żerriegħa
  • Żewg basliet, imqattġħin irqaq
  • 225g qastan
  • Tuffieħa kbira imqatta’ biċċiet
  • 2 kuċċarini żerrieġħa tal-ġunġlien mixwi
Isservi 4

Kif issajjar :

Sajjar il-majal f’taġen bi ftit żejt taż-żebbuġa u ftit melħ u bżar u ħallih jiksaħ. Qatta l-majjal fi strixxi irqaq. Sadanittant, ġo taġen zġħir, ħallat l-Italian dressing, il-ħall, il-mustarda, u z-zokkor idub, u ibqa’ ħallat. żomm sħun.

Servi ġo skutella, u waddab fiha l-istrixxi tal-majjal, l-ispinaċi, l-għeneb, il-basal, il-qastan, u t-tuffieħ. Ferra t-taħlita sħuna fuq is-salad, u itfa’ z-zerriegħa tal-ġunġlien.
By proceeding further you consent the use of cookies from this website. To learn more about your choices read our Cookie Policy.