
Majjal Mixwi
Ingredjenti :
- 4 biċċiet kustilji tal-għonq tal-majjal
- basla mqatta’ rqiqa
- tewma
- mgħarfa żejt taż-żebbuġa
- ftit bżar u melħ
- klin frisk jew imnixxef
- meraq ta’ lumija
- kikkra nbid aħmar

Isservi 8
Kif issajjar :
Saħħan it-taġen u aqli l-basla u t-tewma fi ftit żejt taż-żebbuga. Żid il-majjal u itfa’ ftit bżar u melħ. Ixwi l-majjal fuq iż-żewġ naħat sakemm jibda jieħdu kulur samrani. Żid il-meraq tal-lumi, l-inbid u l-klin u sajjar fq nar bagħti għal madwar 20 minuta.
Il-bejiegħ tal-laħam tiegħek jista’ jgħinek tagħżel l-aħjar qatgħat tal-Majjal ta’ Malta għar-riċetta li tkun se tiprepara. Ħu parir min għandu/ha.
Il-bejiegħ tal-laħam tiegħek jista’ jgħinek tagħżel l-aħjar qatgħat tal-Majjal ta’ Malta għar-riċetta li tkun se tiprepara. Ħu parir min għandu/ha.