Majjal Sweet and Sour

Ingredjenti :

  • 700g laħam tal Majjal mingħajr għadam
  • bott pineapple fil-meraq
  • 150ml ilma u 50ml ħall u mgħarfa żejt
  • mgħarfa soy sauce
  • 50g zokkor ismar
  • nofs kuċċarina melħ
  • 2 imgħaref cornstarch
  • nofs basla imqattgħa rqiq
  • bżaru aħdar
  • 2 kikkri ross
Isservi 5

Kif issajjar :

Aqta’ l-majjal fi strixxi madwar 3 pulzieri b’nofs pulzier. Sajjar fi ftit żejt, ġo tagen non stick sakemm jiħmar. Neħħi l-pineapple mill-meraq u xxotta fuq kitchen paper. Il-meraq itfgħu ġo skutela u żid miegħu l-ilma, il-ħall, is-soy sace, iz-zokkor ismar u l-melħ u ferrgħu fuq il-majjal. Għatti t-taġen u ħallih fuq nar bagħti għal madwar siegħa.

F’tazza ħallat iż-2 imgħaref cornstarch ma’ 2 imgħaref ilma u ħawwad. Żid it-taħlita ma dik tal-majjal. Sajjar fq nar bagħti waqt li tħawwad kontinwament, sakemm it-taħlita tibda tbaqbaq u tagħqad. Żid il-biċċiet tal-pineapple, il-basal u bżar aħdar.

Għatti u ħallih itektek għal madwar 10 minuti. Sajjar ir-ross u serv l-majjal sweet and sour fuqu.
By proceeding further you consent the use of cookies from this website. To learn more about your choices read our Cookie Policy.