Majjal ta' Malta Pikkanti

Ingredjenti :

  • 500g kapuljat dgħejf tal-Majjal ta’ Malta jew mili taz-zalzett tal-Malti (mingħajr il-ġilda)
  • żewġ bottijiet polpa
  • 3 mgħaref ċili midħun
  • żewġ bottijiet kidney beans jew black beans, imlaħalħa u mingħajr l-ilma
  • landa sweetcorn
  • ħwawar Taljani
Isservi 8

Kif issajjar :

Ġo taġen kbir sajjar fuq nar medju, il-kapuljat tal-Majjal jew it-taħlita taz-zalzett tal-Malti u ħawwad kultant. Meta l-majjal ikun imsajjar tajjeb, neħħi x-xaħam żejjed. Żid it-tadam tal-bott, bil-meraq b’kollox, kif ukoll iċ-ċili midħun. Sajjar sakemm jiftaħ jagħli, imbagħad naqqas in-nar, u tektek għal ħames minuti. Żid il-beans u l-corn. Ħallih itektek għal ħames minuti oħra.

Servi ma’ bziezen whole-wheat. Jekk trid, fuq il-ħobż żid is-sour cream u ġobon maħkuk.
By proceeding further you consent the use of cookies from this website. To learn more about your choices read our Cookie Policy.