Nuggets tal-Majjal ta' Malta
Ingredjenti :
- 500g loin tal-Majjal ta’ Malta
- nofs kikra marmalade jew ġamm tal-berquq
- żewġ mgħaref soy sauce
- nofs kuċċarina ġinġer mitħun
- niskata tewm mitħun
- kikkra u nofs cornflakes
- żejt tat-tisjir

Isservi 4
Kif issajjar :
Qatta’ l-majjal b’biċċiet kwadri. Ġo borża tal-plastik ħallat flimkien il-marmalade jew il-ġamm, is-soy sauce, il-ġinġer, it-tewm u l-biċċiet tal-majjal. Ċaqlaq il-borża bil-mod biex tħallat l-ingredjenti flimkien u wara ħallih jimmarina fil-friġġ għal mill-anqas siegħa.
Sadanittant, ġo borża tal-plastik ohra poġġi l-cornflakes u għaffiġhom sakemm jitfarrku b’biċċiet żgħar. Saħħan il-forn għal 200 gradi Celsius. Neħħi l-majjal mill-immarinar u għatti l-majjal bil-frak tal-cornflakes. Poggi f’dixx miksi bil-foil u midluk bi ftit cooking spray.
Sajjar fil-forn għal għaxar minuti, dawwar il-biċċiet tal-majjal u sajjar għal bejn 10 u 15-il minuta sakemm jitlaq ir-roża kollu. Servi bi ftit plum sauce u bi ftit haxix nej bħal strixxi tal-karrotti.