Parmegiana bil-Majjal ta' Malta
Ingredjenti :
- 4 biċċiet tal-Majjal dgħejf imqata’ rqiq qishom għall-braġoli
- bajda
- 4 mgħaref ilma
- 3/4 ta’ kikkra frak tal-ħobż
- mgħarfa żejt taż-żebbuġa
- bott zalza tal-ispagett jew tall-pizza
- 75g mozzarela maħkuka
- 75g Parmeggiano maħkuk
- melh u bżar

Isservi 4
Kif issajjar :
Fi skutella ħabat il-bajda u żid magħha l-ilma u ħabbat sew. F’bieqja separata ħalat il-frak tal-ħobż ma’ ftit melħ u bżar. Aqbad il-biċċiet tal-majal biċċa biċċa u niżżilhom fit-taħlita tal-bajd. Wara itfahom fit-taħlita tal-frak tal-ħobż u ra li jkunu tgħattew sewwa.
F’taġen non stick, saħħan ftit żejt u sajjar il-majjal fuq nar medju għal madwar żewg minuti kull naħa. Baxxi n-nar u itfa’ ftit zalza tal-ispaghetti jew tal-pizza fuq kull waħda mill-biċċiet tal-majjal u itfa’ fuqhom it-taħlita tal-ġobon maħkuk. Għatti t-taġen u ħalliħ isir għal madwar tliet minuti oħra, jew sakem il-ġbon idub.