Pork Chops bit-tuffieħ

Ingredjenti :

  • 4 chops tal-Majjal ta’ Malta mingħajr għadma
  • 3 imgħaref Dijon Mustard
  • 3 imgħaref zokkor ismar
  • 2 imgħaref meraq tat-tffieħ
  • 2 imgħaref Worcestershire sauce
  • 4 tuffiħat
Isservi 4

Kif issajjar :

Fi skutalla hallat il-mustarda, iz-zokor, il-meraq tat-tuffieħ u l-Worcestershire sauce. Minn din it-taħlita erfa’ 2 imgħaref ġo tazza. Il-bqija itfgħu f’borża tal-plastik kbira flimkien maċ-chops tal-majjal, agħlaq il-borża sew u ħallih jimmarina għal mill-anqas 4 sigħat.

Sadanittant neħħi l-qalba tat-tuffieħ u qatta’ fi flieli ta’ madwar nofs pulzier il-waħda. Idlek it-tuffieħ bl-immarinar li kont erfajt ġo tazza. Wara li jgħaddi l-ħin tal-immarinar tal-majjal, neħħi mil-borża u armi l-bqijja tal-immarinar. Sadanittant saħħan il-forn għal 160 Gradi Celsius.

Poġġi l-majjal ġo dixx non-stick u fuqu itfa’ t-tuffieħ. Sajjar fil forn għal madwar 45 minuta jew sakemm il-majjal isir u t-tuffieħ jirtab.

Servi bi ftit patata maxx.
By proceeding further you consent the use of cookies from this website. To learn more about your choices read our Cookie Policy.