Pulpettun tal-Majjal

Ingredjenti :

  • 900g ikkapuljat tal-Majjal ta’Malta
  • pakkett bejken mqatta rqiq.
  • 50g ġobon Parmeggiano Reggiano maħkuk
  • tursin frisk
  • basla
  • 6 bajdiet
  • kikkra frak tal-ħobż
  • kuċċarina sagħtar niexef
  • nofs kuċċarina kosbor mitħun
  • kuċċarina ħwawar imħallta
  • melħ u bżar
Isservi 4

Kif issajjar :

Għalli borma żgħira misħun u webbes żewġ bajdiet. Sadanittant ġo skutella kbira ħallat sew l-ingredjenti kollha ħlief il-bajd nej u l-bajd iebes. Itfa’ melħ u bċar skond il-gosti tiegħek. F’bieqja ħabbat erba’ bajdiet u ħallathom mal-bqijja tat-taħlita.

Fuq mejda aqta’ biċċa aluminium foil imdaqqsa u poġġi nofs it-taħlita fuqha. Poġġi l-bajd iebes fuqhom u wara għatti bil-bqija tat-taħlita. Rembel it-taħlita sew fil-foil u sajjar għal madwar 25 minuta ġo forn imsaħħan għal 180 grad celsius. Qabel toħroġ mill-forn iċċekkja li t-temperatura interna tal-pulpettun telgħet ghal 77 grad celsius. Servi bil-atata maxx jew patata l-forn.
By proceeding further you consent the use of cookies from this website. To learn more about your choices read our Cookie Policy.