Ross bil-majjal u l-faqqiegħ
Ingredjenti :
- Nofs kilo laħam dgħejf tal-Majjal ta’ Malta
- 375g ross
- 250g faqqiegħ
- 200g inbid aħmar
- mgħarfa meraq tal-lumi
- nofs kuċċarina saffron
- 4 mgħaref żejt taż-żebbuġa
- 5 imgħaref krema friska
- ftit tursin frisk

Isservi 4
Kif issajjar :
Qatta’ l-majjal f’biċċiet twal u rqaq u aqli fi ftit żejt taż-żebbuġa sakemm jibda jismar. Żid il-faqqiegħ u sajjar għal madwar żewġ minuti. Wara żid l-inbid aħmar u ħallih itektek fuq nar baxx għal madwar 20 minuta.
Sadanittant, għalli r-ross ġo borma misħun u żid il-meraq tal-lumi u s-saffron. Qabel ma jsir r-ross, itfa’ l-krema friska mat-taħlita tal-majjal u l-faqqiegħ u ħallih isir għal ftit minuti. Ħallat r-ross mat-taħlita, servi sħun u żejjen bi ftit tursin imqatta’ rqiq.