Skewers bil-Majjal u l-Frott
Ingredjenti :
- 800g laham dgħejf tal-Majjal ta’ Malta
- bott pruna
- berquq imnixxef
- 8 weraq tar-rand
- larinġa u lumija
- 4 mgħaref meraq tal-larinġ
- 2 mgħaref żejt taż-żebbuġa
- melh u bżar

Isservi 2
Kif issajjar :
Neħħi x-xaħam mil-majjal u aqta’ f’biċċiet kwadri. Poġġi l-majal f’dixx non-stick u żid il-pruna u l-berquq.
Biex tagħmel l-immarinar ħallat fi skutella l-meraq tal-larinġ, iż-żejt, 4 weraq tar-rand, u ftit melħ u bżar. Ferrgħu fuq il-majjal u l-frott u ħawwad sakemm jinksew sew. Ħallih jimmarina fil-friġġ għal mill-inqas siegħa. Xarrab 4 skewers tal-injam fl-ilma kiesaħ. Neħħi l-majal u l-frott mill-immarinar iżda erfa’ l-immarinar għal aktar tard.
Daħħal l-majjal, il-pruna u l-berquq fl-skewers, u alterna bl-użu ta’ weraq tar-rand. Iggrilja l-iskewers fuq nar medju għal bejn 15 u 20 minuta. Aqlibhom ta’ spiss u xarrabhom ta’ sikwiet bl-immarinar sakem il-laham tal-majal ikun sar.
Żejjen bi ftit flieli tal-larinġ u tal-lumi u servi sħun.