Soppa tal-Majjal la Taljana

Ingredjenti :

  • 600g Majjal ta’ Malta dgħejf imqatta’ f’dadi
  • basla żghira mqattġħa
  • 2 bottijiet tadam imqatta’
  • bott kbir kidney beans bojod imlaħalħin
  • 250g spinaċi friska jew tal-friża
  • 750ml stokk tat-tiġieġ
  • 50g Parmeggiano Regiano
  • 2 kuċċarini żejt
  • 2 kuċċarini ħwawar Taljani
Isservi 6

Kif issajjar :

F’taġen fond ‘non-stick’ sajjar fi ftit żejt il-basal, il-majjal u l-ħwawar sakemm il-basal jirtab. Wara żid l-ingredjenti l-oħra ħlief l-ispinaċi. Stenna sakemm jiftaħ jagħli u ħallih itektek fuq nar bagħti għal 15-il minuta. Sadanittant qatta’ l-ispinaċi f’biċċiet żgħar u żid mat-taħlita u sajjar għal żewġ minuti. Servi bi ftit parmeġġjan maħkuk.

Il-bejjiegħ tal-laħam tiegħek jista’ jgħinek tagħżel l-ahjar qatgħat tal-Majjal ta’ Malta għar-ricetta li tkun se tipprepara. Ħu parir minn għandu/ha.
By proceeding further you consent the use of cookies from this website. To learn more about your choices read our Cookie Policy.