Stuffat

Ingredjenti :

  • 600g kustilji tal-għonq tal-Majjal ta’Malta
  • 100g bejken
  • bott polpa tat-tadam
  • Mgħarfa kunserva
  • Basla
  • Tewma
  • Karrotta
  • Patata
  • 75g piżeli
  • 100ml inbid aħmar
  • żejt taż-żebbuġa
  • tursin
  • bżar u melħ
  • 200g ross
Isservi 4

Kif issajjar :

Qatta’ l-basla, it-tewma, u il-Karrotta f’biċċiet u aqli għal ftit minuti fiż-żejt taż-żebbuġa. Wara qatta’ l-majjal u l-bejken fi kwadri żgħar u żid mat-taħlita. Itfa’ l-kunserva u l-inbid u ħawwad sew.

Ftit tal-ħin wara itfa’ t-tadam u l-patata u ħalli t-taħlita ttektek fuq nar baxx. Sakemm qed isir l-istuffat, għalli r-ross. Meta l-laħam ikun irtab, żid il-piżelli u ftit bżar u melħ. Servi l-istuffat tal-majjal fuq ir-ross u żejjen bi ftit tursin frisk imqatta’ rqiq.
By proceeding further you consent the use of cookies from this website. To learn more about your choices read our Cookie Policy.